DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
28 ta’ Novembru 2008
Kawża C-525/07 P
Philippe Combescot
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Uffiċjali – Rapport tal-iżvilupp tal-karriera – Obbligu ta’ assistenza – Fastidju psikoloġiku – Kumpens għad-dannu – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
Suġġett: Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tat-12 ta’ Settembru 2007, Combescot vs Il-Kummissjoni (T-249/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba intiża, minn naħa, għar-rikonoxximent tal-illegalità tal-aġir tas-superjuri tar-rikorrent, għar-rikonoxximent tad-dritt ta’ dan tal-aħħar għall-assistenza u għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2001 u l-31 ta’ Diċembru 2002 u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent.
Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. Philippe Combescot huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.
Sommarju
1. Appell – Aggravji – Ammissibbiltà
(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ))
2. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)
3. Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Inammissibbiltà
(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ))
4. Appell – Aggravji – Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja
(Artikolu225 KE; Statuttal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)
Full & Egal Universal Law Academy