DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
28 ta’ Novembru 2008
Kawża C-526/07 P
Philippe Combescot
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Uffiċjali – Attribuzzjoni tal-kariga ta’ Kap ta’ Delegazzjoni fil-Kolombja – Esklużjoni mill-kompetizzjoni – Talba għall-kumpens għad-danni – Determinazzjoni tal-estent tal-kumpens għad-dannu – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
Suġġett: Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tat-12 ta’ Settembru 2007, Combescot vs Il-Kummissjoni (T‑250/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ddeċidiet li kien hemm biss dannu morali, filwaqt li ċaħdet it-talba tar-rikorrent intiża għar-rikonoxximent tal-illegalità tad-deċiżjoni li eskludietu mill-kompetizzjoni għall-attribuzzjoni tal-kariga ta’ Kap ta’ Delegazzjoni fil-Kolombja, għall-annullament tal-proċedura ta’ din il-kompetizzjoni u għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ attribuzzjoni tal-kariga kkonċernata u l-kumpens għal danni oħra invokati mir-rikorrent.
Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. Philippe Combescot huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.
Sommarju
1. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)
2. Appell – Aggravji – Nuqqas ta’ motivazzjoni
Full & Egal Universal Law Academy