Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 – AMS vs UASI
(Kawża C‑565/07 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark figurattiva AMS Advanced Medical Services – Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Appell li ma għadx għandu skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ appell - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63) (ara l-punti 13-16)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2007, AMS vs UASI - American Medical Systems (AMS Advanced Medical Services) (T-425/03), li permezz tagħha l-Qorti tal‑Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat‑trade mark figurattiva “AMS Advanced Medical Services” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10 u 42, kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal‑Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Settembru 2003, li tannulla d-deċiżjoni tad‑Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u tilqa’ parzjalment l‑oppożizzjoni tal‑proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “AMS” - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Ammissibbiltà ta’ talba għal provi tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba mill-applikant quddiem il‑Bord tal-Appell.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell ippreżentat minn AMS Advanced Medical Services GmbH.
2)
AMS Advanced Medical Services GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.
Full & Egal Universal Law Academy