12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Frar 2008 — Skoulidi vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-4/07) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Skambju ta' uffiċjali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri - Issekondar ta' uffiċjal Komunitarju ma' l-amministrazzjoni Griega - Rifjut - Rikors għad-danni - Dannu morali - Proċedura prekontenzjuża - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità’)
(2008/C 92/94)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Eleni-Eleftheria Skoulidi (Brussell, il-Belġju) [rappreżentant: G. Vandersanden, avocat]
Konvenuta: il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Martin u M. Velardo, aġenti]
Suġġett
Talba għal kumpens għad-danni morali sofferti mir-rikorrenti minħabba d-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra tat-28 ta' Marzu 2006 li ma tawtorizzax l-issekondar tagħha mal-Ministeru Grieg ta' l-Edukazzjoni Nazzjonali u l-Affarijiet Reliġjużi fil-kuntest ta' l-iskambju ta' uffiċjali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007, p. 44.
Full & Egal Universal Law Academy