19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/35
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Angé Serrano vs Il-Parlament
(Kawża F-9/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Bidla fil-kategorija taħt ir-reġim tar-regolamenti l-qodma - Regoli tranżitorji għall-klassifikazzjoni fil-grad fl-1 ta’ Mejju 2004 - Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2006 - Klassifikazzjoni mill-ġdid abbażi tas-salarju tal-uffiċjali li jibbenefikaw minn allowance ta’ kumpens - Fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli - Telf ta’ punti ta’ promozzjoni - Talba għal kumpens)
2011/C 340/70
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Pilar Angé Serrano (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: rappreżentat inizjalment minn C. Burgos u K. Zejdová, sussegwentement minn L. G. Knudsen u K. Zejdová, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: rappreżentat inizjalment minn M. Simm u I. Šulce, sussegwentement minn K. Zieleśkiewicz, M. Bauer u J. Monteiro, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tikklassifika mill-ġdid il-grad B*6, skala 8 tar-rikorrenti, li kienet inkluża fil-lista ta’ riżerva għal kompetizzjoni interna għall-bidla fil-kategorija qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolamenti l-ġodda, skont id-dispożizzjonijiet inqas favorevoli ta’ dawn tal-aħħar — Talba għad-danni.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 69, 24.03.2007, p. 31.
Full & Egal Universal Law Academy