12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Frar 2008 — Putterie-De-Beukelaer vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-31/07) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċdura ta' evalwazzjoni - Proċedura ta' ċertifikazzjoni - Evalwazzjoni tal-potenzjal - Ksur tal-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi - Stħarriġ ex officio)
(2008/C 92/95)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Françoise Putterie-De-Beukelaer (Brussel, il-Belgju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
L-annullament tar-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti li jirrigwarda l-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-taqsima 6.5 “potenzjal”, sa fejn dan ir-rapport ma jirrikonoxxix il-potenzjal tar-rikorrenti li teżerċita l-inkarigi li jaqgħu fil-kategorija B* għall-finijiet tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni
Dispożittiv
1)
Ir-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tas-Sinjura Putterie-De-Beukelaer li jirrigwarda l-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005 huwa annullat safejn ma jirrikonoxxix il-potenzjal tar-rikorrenti li teżerċita l-inkarigi li jaqgħu fil-kategorija B*.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 117, 26.5.2007, p. 38.
Full & Egal Universal Law Academy