7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/51
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 — Klug vs EMEA
(Kawża F-35/07) (1)
(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt għal żmien fiss - Rapport ta' evalwazzjoni negattiv - Fastidju morali)
(2009/C 55/92)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bettina Klug (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment W. Grupp, avukat, sussegwentement S. Zickgraf, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore, S. Vanlievendael, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u N. Rößler, avukati)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Mediċini li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrenti li jiġġedded il-kuntratt tax-xogħol — Talba għad-danni
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 140, 23.6.2007, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy