30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/70
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Behmer vs Il-Parlament
(Kawża F-47/07) (1)
(Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2005 - Deċiżjoni dwar il-politika ta’ promozzjoni u ta’ ppjanar tal-karrieri - Proċedura għall-allokazzjoni ta’ punti ta’ mertu fil-Parlament Ewropew - Illegalità ta’ struzzjonijiet li jirregolaw din il-proċedura - Konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal - Eżami komparattiv tal-merti - Diskriminazzjoni kontra rappreżentanti tal-persunal)
2010/C 24/126
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Joachim Behmer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u R. Ignătescu, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad A*13 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2005 u min-naħa l-oħra, id-dikjarazzjoni tal-illegalità tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew dwar “il-politika ta’ promozzjoni u ta’ ppjanar tal-karrieri” tas-6 ta’ Lulju 2005 u ta’ “miżuri ta’ implementazzjoni li jirrigwardaw l-għoti ta’ punti ta’ mertu u ta’ promozzjoni” tal-25 ta’ Lulju 2005.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007, p. 43.
Full & Egal Universal Law Academy