21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/70
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-25 ta' Novembru 2008 — Iordanova vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-53/07) (1)
(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Ċaħda tal-kandidatura - Diplomi)
(2009/C 44/121)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ivanka Iordanova (Varna, il-Bulgarija) (rappreżentanti: G. Kerelov, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Ġħażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/14/06, li tirrifjuta li tammetti lir-rikorrenti għall-eżamijiet ta' din il-kompetizzjoni minħabba li d-diplomi tagħha ta' edukazzjoni ogħla mhumiex kompatibbli max-xogħol segretarjali u minħabba n-nuqqas ta' tliet snin ta' esperjenza professjonali f'dan il-qasam — Talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 107, 26.4.2008, p. 44.
Full & Egal Universal Law Academy