30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/70
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2009 — O vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda F-69/07 u F-60/08) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Stabbiltà tal-impjieg - Artikolu 100 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Riżerva medika - Artikolu 39 KE - Moviment liberu tal-ħaddiema)
2010/C 24/127
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: O (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Lozano Palacios, aġenti)
Parti intervenjenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment, fil-Kawża F-69/07 I. Šulce u M. Simm, aġenti, u fil-Kawża F-60/08 I. Šulce u K. Zieleśkiewicz, aġenti, sussegwentement, fiż-żewġ kawżi msemmija iktar ’il fuq, K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)
Suġġett
F-69/07: Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-impjieg tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt sa fejn, minn naħa, jipprovdu l-applikazzjoni tar-riżerva msemmija fl-Artikolu 100 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, u, min-naħa l-oħra, jillimitaw it-tul tal-kuntratt għall-perijodu bejn is-16 ta’ Settembru 2006 u l-15 ta’ Settembru 2009.
F-60/08: Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika fir-rigward tar-rikorrenti, wara opinjoni mill-kumitat tal-invalidità, il-klawżola ta’ riżerva prevista fl-Artikolu 100 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-14 ta’ Settembru 2006 hija annullata sa fejn timponi riżerva medika fir-rigward tar-rikorrenti.
(2)
Il-kumplament tar-rikors F-69/07, O vs Il-Kummissjoni, huwa miċħud bħala infondat.
(3)
Ir-rikors F-60/08, O vs Il-Kummissjoni, huwa miċħud bħala inammissibbli.
(4)
Fil-Kawża F-69/07, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż tar-rikorrenti.
(5)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għal nofs l-ispejjeż tagħha fil-Kawża F-69/07, kif ukoll għall-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Kawża F-60/08.
(6)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu fiż-żewġ kawżi.
(1) F-69/07: ĠU C 235 06.10.2007, p. 29; F-60/08: ĠU C 223 30.08.2008, p. 63.
Full & Egal Universal Law Academy