21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/24
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta' April 2008 — Doktor vs Il-Kunsill
(Kawża F-73/07)
(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu taħt prova’)
(2008/C 158/42)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Frantisek Doktor (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: S. Rodrigues, R. Albelice, u C. Bernard-Glanz, avocats)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill ta' Ottubru 2006 dwar it-tkeċċija tar-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta' prova tiegħu u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy