6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/58
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Ottubru 2008 — Barbin vs Il-Parlament
(Kawża F-81/07) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni tal-2006 - Eżami komparattiv tal-meriti)
(2008/C 313/104)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, aġenti, u sussegwentement C. Burgos, A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AD 12 fil-proċedura ta' promozzjoni tal-2006.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2006 li ma tippromwovix lil F. Barbin fil-proċedura ta' promozzjoni tal-2006 hija annullata.
2)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 247, 20.10.2007, p. 43.
Full & Egal Universal Law Academy