30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/71
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 — Zangerl-Posselt vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-83/07) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet bil-miktub u orali - Diplomi meħtieġa - Kunċett ta’ edukazzjoni superjuri - Diskriminazzjoni minħabba l-età)
2010/C 24/128
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Brigitte Zangerl-Posselt (Merzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Paulmann, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-eżaminaturi fil-kompetizzjoni tat-18 ta’ Ġunju 2007 sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għal assistenti tal-lingwa Ġermaniża għal attivitajiet segretarjali (AST 1) li ma tħallix lir-rikorrenti tipparteċipa fl-eżamijiet bil-miktub u orali.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn B. Zangerl-Posselt.
(3)
B. Zangerl-Posselt għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 235, 06.10.2007, p. 32.
Full & Egal Universal Law Academy