30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/71
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — Rebizant, Vlandas u Vocino vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-94/07) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2006 - Rata ta’ multiplikazzjoni - Artikolu 6(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 9 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Limiti minimi ta’ promozzjoni)
2010/C 24/129
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jean Rebizant (Karlsruhe, il-Ġermanja), Georges Vlandas (Brussell, il-Belġju) u Vinceno Vocino (Varese, l-Italja) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, tannulla d-deċiżjoni li ma jiġux promossi r-rikorrenti għall-grad AD13 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2006 u, min-naħa l-oħra, tiddikjara l-illegalità tad-deċiżjoni li tiffissa l-limiti minimi ta’ promozzjoni applikabbli għall-uffiċjali li jaqgħu taħt il-baġit tar-“Riċerka” u l-baġit taċ-“Ċentru Komuni ta’ Riċerka”.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy