1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/37
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Jannar 2009 – Petrilli vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-98/07) (1)
(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Ammissibbiltà - Att li jikkawża preġudizzju - Artikoli 3b u 88 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg - Tul tal-kuntratt - Artikolu 3(1) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2004 dwar it-terminu massimu tal-użu tal-persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni - Legalità)
2009/C 102/54
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Nicole Petrilli (Woluwé-Saint-Étienne, il-Belġju) (rappreżentant: J.-L. Lodomez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad, skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2004 dwar it-terminu massimu tal-użu tal-persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni, it-talba tar-rikorrenti sabiex tikseb it-tiġdid tal-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal bil-kuntratt u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-20 ta’ Lulju 2007 li tiċħad il-talba għal ksib tat-tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt favur N. Petrilli hija annullata.
2)
Il-partijiet, f’terminu ta’ tliet xhur li jibdew jiddekorru minn meta tingħata din is-sentenza interlokutorja, għandhom jew jinfurmaw lit-Tribunal dwar l-ammont tal-kumpens pekunjarju li jkun ġie miftihem bejn il-partijiet minħabba l-illegalità tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Lulju 2007 jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, jippreżentawlu t -talbiet tagħhom dwar il-kwantifikazzjoni tal-kumpens.
3)
L-ispejjeż huma riżervati.
(1) ĠU C 297, 8.12.2008, p. 48.
Full & Egal Universal Law Academy