30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/72
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2009 — Wenning vs Europol
(Kawża F-114/07) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Tiġdid ta’ kuntratt ta’ aġent tal-Europol - Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Rapport ta’ evalwazzjoni)
2010/C 24/131
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Rainer Wenning (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u C. Ronzi, avukati, sussegwentement L. Levi, avukat)
Konvenut: L-uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: inizjalment B. Exterkate u D. El Khoury, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati, sussegwentement D. El Khoury u D. Neumann, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati)
Suġġett
Minn naħa waħda, annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, tal-21 ta’ Diċembru 2006, li tirrifjuta t-tiġdid tal-kuntratt u r-reintegrazzjoni tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-Europol sabiex iġġedded il-kuntratt tar-rikorrent għal 4 snin mill-1 ta’ Ottubru 2007, u t-talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 315, 22.12.2007, p. 47.
Full & Egal Universal Law Academy