9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/31
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 — Tomas vs Il-Parlament Ewropew
(Kawżi F-116/07, F-13/08 u F-31/08) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Tkeċċija - Rabta’ ta’ fiduċja - Konsultazzjoni minn qabel tal-Kumitat tal-persunal tal-Parlament - Assenza)
2010/C 274/47
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrent: Stanislovas Tomas (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: M. Michalauskas)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u K. Zejdová, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tkeċċi lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tad-danni morali u materjali mġarrba.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikorsi F-116/07 u F-13/08 huma miċħuda.
(2)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil Stanislovas Tomas is-somma ta’ EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab minnu.
(3)
Il-kumplament tar-rikors F-31/08 huwa miċħud.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mar-rikorsi kollha F-116/07, F-13/08 u F-31/08.
(1) ĠU C 64, 08.03.2008 p. 65; ĠU C 142, 07.06.2008, p. 39 u ĠU C 158, 21.06.2008, p. 26
Full & Egal Universal Law Academy