5.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/34
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — Strack vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-121/07) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Ammissibbiltà - Att li jikkawża preġudizzju)
2011/C 72/53
Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Servizz pubbliku — L-annullament ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ċaħdu l-aċċess immedjat u sħiħ għad-data u dokumenti differenti li jikkonċernaw lir-rikorrent — Talba għal danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 315, 22.12.2007, p. 50.
Full & Egal Universal Law Academy