30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/72
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Behmer vs Il-Parlament
(Kawża F-124/07) (1)
(Promozzjoni - Sena ta’ promozzjoni 2006 - Eżami komparattiv tal-merti)
2010/C 24/132
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Joachim Behmer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u R. Ignătescu, aġenti)
Suġġett
Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Parlament Ewropew li tagħti żewġ punti ta’ mertu lir-rikorrent għas-sena 2005, u min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2006.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 22, 26.01.2008, p. 56.
Full & Egal Universal Law Academy