30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/73
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2009 — Hau vs Il-Parlament
(Kawża F-125/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2006 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali promossi - Eżami komparattiv tal-merti - Livell ta’ referenza - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kwalità ta’ “riżerva”)
2010/C 24/133
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Armin Hau (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad B*7 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2006 u min-naħa l-oħra, talba sabiex l-Awtorità tal-Ħatra tipproduċi dokumenti dwar l-eżami komparattiv tal-merti għal din il-promozzjoni.
.Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, ippubblikata fil-21 ta’ Novembru 2006, li ma tinkludix lil A. Hau fil-lista tal- uffiċjali promossi mill-grad B*6 għall-grad B*7 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2006, hija annullata.
(2)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 79, 29.3.2008, p. 37,
Full & Egal Universal Law Academy