8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/54
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 — Coto Moreno vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-127/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni miftuħa - Nuqqas ta' inklużjoni fil-lista ta' riżerva - Evalwazzjoni tal-eżamijiet bil-miktub u orali)
(2008/C 285/97)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Juana Maria Coto Moreno (Gaborone, Botswana) (rappreżentanti: K. Lemmens u C. Doutrelepont, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Eggers u M. Velardo, bħala aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-eżaminaturi fil-kompetizzjoni EPSO AD/25/05 tat-12 ta' Frar 2007 li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta' riżerva ta' din il-kompetizzjoni — Talba għad-danni
Dispożittiv
1)
Ir-rikors ta' J. M. Coto Moreno huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 22, 26.1.2008, p. 57.
Full & Egal Universal Law Academy