30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/73
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 — Vinci vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża F-130/07) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Ipproċessar allegatament illegali ta’ data medika - Viżta medika imposta)
2010/C 24/134
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vinci (Schöneck, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Karthaus, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère u F. Feyerbacher, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann)
Suġġett tal-kawża
Talba sabiex jiġi kkonstatat li r-reġistrazzjoni tad-dokumenti li jinkludu data medika hija illegali u sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni tal-BĊE li, minn naħa, tirrifjuta li tħassar data personali li toriġina minn dawn id-dokumenti, u min-naħa l-oħra, tordna viżta medika lir-rikorrenti kif ukoll it-talba għall-kumpens għad-danni morali allegatament subiti.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 8, 12.01.2008, p. 32
Full & Egal Universal Law Academy