24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/37
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta' Diċembru 2008 — Baniel-Kubinova vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-131/07) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji u membri tal-persunal awżiljarji maħtura uffiċjali fuq perijodu ta' prova - Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Dritt għall-allowance ta' kuljum wara għoti ta' parti mill-allowance ta' installazzjoni)
(2009/C 19/72)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Barbora Baniel-Kubinova (Alzingen, il-Lussemburgu) u tlettax–il uffiċjal ieħor tal-Parlament Ewropew, (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Ignătescu u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-diversi deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Parlament li jirrifjutaw li jagħtu lir-rikorrenti l-allowance ta' kuljum stipulata fl-Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 183, 19.7.2008, p. 32.
Full & Egal Universal Law Academy