5.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/34
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — Strack vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-132/07) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Artikoli 17, 17a u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jiġu żvelati dokumenti - Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jiġi ppubblikat test - Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jintużaw konstatazzjonijiet quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali - Ammissibbiltà)
2011/C 72/54
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Servizz pubbliku — Annullament ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu t-talba tar-rikorrent għal awtorizzazzjoni, minn naħa, tal-pubblikazzjoni ta’ ċerti dokumenti u, min-naħa l-oħra, tal-introduzzjoni ta’ lment fil-konfront ta’ (ex) kummissarji u aġenti tal-Kummissjoni — Talba għal danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
G. Strack għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 107, 26.04.2008, p. 44.
Full & Egal Universal Law Academy