15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/72
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Ġunju 2008 — Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri
(Kawża F-5/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Sunt tal-motivi mressqa fir-rikors - Terminu għall-kontestazzjoni - Fatt ġdid - Inammissibilità manifesta)
(2008/C 209/131)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, Il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier, G. Corstens u J. Vermer, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li ma ppromwovitx lir-rikorrent fil-grad A*11 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2006 — Annullament ta' sensiela ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-karriera tar-rikorrent u uffiċjali oħra tal-Qorti ta' l-Awdituri — Annullament tar-riżultat ta' l-elezzjonijiet ta' l-2006 tal-Kumitat tal-Persunal ta' din il-Qorti — Talba għad-danni
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat.
2)
B. Nijs huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007, p. 44.
Full & Egal Universal Law Academy