23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/61
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Diċembru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-20/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni tal-mard - Responsabbiltà għall-ispejjeż mediċi - Ċaħda espliċita ta' talba)
(2008/C 51/114)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistit minn Mme A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-Kawża
Minn naħa, l-annullament ta' diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu lir-rikorrent ir-rimbors ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi tiegħu u, min-naħa l-oħra, talba għal danni.
Dispożittiv
1)
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea tirrinunzja għall-kompetenza tagħha fil-kawża F-20/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, sabiex il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tagħti deċiżjoni f'dan ir-rigward.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 223, 22.9.2007, p. 19.
Full & Egal Universal Law Academy