30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/78
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Novembru 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-70/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Eċċezzjoni ta’ rimedju parallel - Inammissibbiltà manifesta)
2010/C 24/146
Lingwa tal-kawża: Il-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: C. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Currall, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba tar-rikorrent li jikseb rimbors ta’ parti mill-ispejjeż tiegħu li l-Kummissjoni kienet ġiet ordnata tħallas fid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Marzu 2006, T-176/04 — Talba għad-danni (Kawża 176/04 DEP irrinvijata mill-Qorti tal-Prim’Istanza b’digriet tas-6 ta’ Lulju 2009).
Dispożittiv
(1)
L-ewwel, it-tieni, it-tielet u s-sitt kapijiet tat-talbiet tar-rikors ta’ L. Marcuccio għandhom jiġu miċħuda bħala manifestament inammissibbli.
(2)
Kull parti għandha tabti l-ispejjeż tagħha fir-rigward tal-ewwel, it-tieni, it-tielet u s-sitt kapijiet tat-talbiet tar-rikors ta’ L. Marcuccio, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura T-176/04 DEP.
(1) ĠU C 223, 22.09.2007, p. 20
Full & Egal Universal Law Academy