6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/41
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Mejju 2011 — Meierhofer vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-74/07 RENV) (1)
(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Kandidat li ma għaddiex mill-eżami orali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Regoli li jirregolaw ix-xogħol tal-Bord tal-Għażla)
2011/C 232/74
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Stefan Meierhofer (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. -G. Schiessl, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO AD/26/05, tal-10 ta’ Mejju 2007, li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmi kompetizzjoni minħabba li ma għaddiex mill-eżami orali.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors ta’ S. Meierhofer inkwantu jikkontesta n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2007.
(2)
Il-kumplament tar-rikors ta’ S. Meierhofer huwa miċħud, inparti bħala manifestament infondat u inparti bħala manifestament inammissibbli.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fl-ewwel proċedura quddiem it-Tribunal kif ukoll l-ispejjeż tagħha marbutin mal-ewwel proċedura quddiem it-Tribunal, mal-proċedura quddiem it-Tribunal tal-Unjoni Ewropea u mal-proċedura preżenti.
(4)
Ir-rikorrent għandu jsostni terz mill-ispejjeż tiegħu marbutin mal-ewwel proċedura quddiem it-Tribunal kif ukoll l-ispejjeż kollha tiegħu marbutin mal-proċedura quddiem it-Tribunal tal-Unjoni Ewropea u mal-proċedura preżenti.
(1) ĠU C 223, 22.09.07, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy