12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/48
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Frar 2008 Anselmo vs Il-Kunsill
(Kawża F-85/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċċjali - Reklutaġġ - Ħatra - Klassifika fil-grad - Kandidati magħżula ta' kompetizzjoni interna - Fatt ġdid - Nuqqas - Inammissibbiltà manifesta)
(2008/C 92/96)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Anselmo (Brussell, Il-Belġju) u oħrajn (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet ta' l-Awtorità tal-Ħatra li jiċħdu l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti, kandidati magħżula tal-kompetizzjoni interna B/277, minħabba diskriminazzjoni li huma jsostnu li huma s-suġġett tagħha meta mqabbla ma' l-uffiċjali li jibbenefikaw mill-proċedura ta' attestazzjoni.
Dispożittiv tad-digriet
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007, p. 71.
Full & Egal Universal Law Academy