1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/40
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – Domínguez González vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-88/07) (1)
(Servizz pubbliku - Assistent tekniku - Eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)
2009/C 102/59
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Juan Luís Domínguez González (Girona, Spanja) (rappreżentanti: irrappreżentat inizjalment minn R. Nicolazzi Angelats, sussegwentement minn R. Nicolazzi Angelats u M.-C. Oller Gil, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u L. Lozano Palacios, aġenti)
Suġġett
Talba għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu mal-ECHO wara r-riżultat tal-eżami mediku.
Dispożittiv
1)
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma għandux ġurisdizzjoni sabiex jieħu konjizzjoni tar-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy