19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/31
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 — Cova vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-101/07) (1)
(Inċidenti ta' proċedura - Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà)
(2008/C 183/61)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Philippe Cova, (Brussell, il-Belġju), (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li tillimita għal sena l-perijodu li fih ir-rikorrent, uffiċjal li ġie msejjaħ jokkupa ad interim pożiżżjoni ta' Kap ta' Diviżjoni, jista' jibbenifika mill-allowance differenzjali prevista fl-Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv tad-digriet
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007, p. 73.
Full & Egal Universal Law Academy