8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/64
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Diċembru 2007 — Kerelov vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-110/07)
(Servizz pubbliku - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza)
(2008/C 64/105)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Georgi Kerelov (Pazardzhik, il-Bulgarija) (rappreżentanti: A. Kerelov, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew
Suġġett tal-Kawża
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO tas-7 ta' Frar 2007 li l-informazzjoni u d-dokumenti relattivi għall-kompetizzjoni ma jiġux ikkomunikati lir-rikorrent, u min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni sostnuti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy