21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/64
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-122/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għal investigazzjoni - Rifjut min-naħa ta’ istituzzjoni li tittraduċi deċiżjoni fil-lingwa magħżula mir-rikorrent - Inammissibbiltà manifesta - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2009/C 282/121
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba tar-rikorrent li ssir investigazzjoni fir-rigward ta’ ċerti avvenimenti li seħħew matul il-perijodu li fih ġie stazzjonat mad-delegazzjoni tagħha fl-Angola — Talba li jiġu kkomunikati l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni — Annullament tad-deċiżjoni li ma tiġix tradotta nota fil-lingwa magħżula mir-rikorrent — Talba għad-danni.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ir-rikors ta’ L. Marcuccio huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat fid-dritt
(2)
L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 64, 08.03.2008, p. 65
Full & Egal Universal Law Academy