29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/36
Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2007 — Valentina Hristova vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-50/07)
(2008/C 79/68)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Valentina Hristova (Pavlikeni, il-Bulgarija) (rappreżentant: Georgi Kerelov, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Motivi u argumenti prinċipali
L-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-kompetizzjoni EPSO/AST/14/06 tat-3 ta' April 2007, fejn ġie deċiż li ma tintlaqax il-kandidatura tar-rikorrenti għall-kompetizzjoni u li ma tingħatax marka fuq l-eżami prattiku tagħha minħabba li l-edukazzjoni post-sekondarja tagħha ma tikkonċernax il-qasam rilevanti skond l-Avviż ta' kompetizzjoni u minħabba li ma kellhiex esperjenza professjonali full time ta' 3 snin fil-qasam rilevanti wara li kisbet l-edukazzjoni sekondarja.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-bord tal-kompetizzjoni EPSO/AST/14/06 tat-3 ta' April 2007, li ma tilqax il-kandidatura tagħha għall-kompetizzjoni;
—
tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti d-danni, evalwati fuq prinċipji ta' ekwità, li jammontaw għal EUR 28 718 (sena paga) fir-rigward tad-dannu materjali u dannu morali li minnu bagħtiet ir-rikorrenti b'riżultat tad-deċiżjoni illegali tal-bord tal-kompetizzjoni, b'interessi statutorji b'effett mid-data li fiha tressaq ir-rikors;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy