26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/44
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2007 — Iordanova vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-53/07)
(2008/C 107/76)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ivanka Iordanova (Varna, il-Bulgarija) (rappreżentant: G. Kerelov, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Ġħażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/14/06 tat-3 ta' April 2007 li tirrifjuta li tammetti lir-rikorrenti għal din il-kompetizzjoni u talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/14/06 tat-3 ta' April 2007 li ma tirrifjuta li tammetti lir-rikorrenti għal din il-kompetizzjoni;
—
tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti d-danni stabbiliti fuq prinċipji ta' ekwità fis-somma ta' EUR 28 718 minħabba fid-dannu materjali u morali subit b'riżultat tad-deċiżjoni illegali tal-Bord ta' l-Għażla tal-kompetizzjoni, flimkien ma' l-imgħaxijiet li jibdew jiddekorru mid-data tal-preżentata tar-rikors;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy