12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/48
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Novembru 2007 — Hecq vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-133/07)
(2008/C 92/97)
Lingwa tal-kawża: Il-Franciż
Partijiet
Rikorrent: André Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fit-12 ta' Lulju 2007 safejn din tiċħad ilment imressaq mir-rikorrent kontra deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjutalu l-benefiċċju ta' ċertu kumpens u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens u ta' imgħaxijiet għal ħlas tardiv.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fit-12 ta' Lulju 2007 safejn l-imsemmija deċiżjoni tiċħad it-talba għal kumpens imressqa mir-rikorrent, skond l-ilment tiegħu tad-19 ta' Marzu 2007, u safejn din tirrifjuta l-prinċipju nnifsu ta' imgħaxijiet għal ħlas tardiv ikkalkolati, sa mid-29 ta' April 2003, fuq il-kumpens li seta' jingħata lir-rikorrent abbażi ta' l-Artikolu 73 ta' l-Istatut;
—
tikkundanna lill-konvenuta l-ħlas ta' EUR 2 000 bħala kumpens, bl-imgħaxijiet ikkalkolati b'rata ta' 6 % mid-19 ta' Marzu 2007, suġġett għal riżerva espliċita ta' żieda, ta' tnaqqis jew ta' preċiżazzjonijiet ulterjuri;
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent imgħaxijiet għal ħlas tardiv, ikkalkolati b'rata ta' 6 % fis-sena, fuq il-kumpens kollu li seta' jingħatalu, ulterjorment, abbażi ta' l-Artikolu 73 ta' l-Istatut;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy