12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/48
Rikors ippreżentat fis-6 ta' Dicembru 2007 — Van Arum vs Il-Parlament
(Kawża F-138/07)
(2008/C 92/98)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Rinse van Arum (Winksele, Il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Minn naħa, ir-rikorrent jitlob li d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent jingħata punt ta' meritu wieħed biss tiġi emendata f'deċiżjoni ta' għoti ta' żewġ punti ta' meritu u, sussidjarjament, li d-deċiżjoni msemmija tiġi annullata u li l-Awtorità tal-Ħatra tiġi ordnata tipprovdi lit-Tribunal il-provi u d-dokumenti kollha abbażi ta' liema ttieħdet id-deċiżjoni kkontestata. Min-naħa l-oħra, huwa jitlob li l-konvenut jiġi ordnat iħallas is-somma simbolika ta' ewro bħala danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jemenda d-deċiżjoni ta' l-għoti ta' punt ta' meritu wieħed biss f'deċiżjoni ta' għoti ta' żewġ punti;
—
sussidjarjament, jordna lill-Awtorità tal-Ħatra li tipprovdi lit-Tribunal il-provi u d-dokumenti li fuqhom id-Direttur Ġenerali bbaża d-deċiżjonijiet tiegħu tas-7 ta' Settembru u tat-23 ta' Novembru 2006 u jannulla d-deċiżjonijiet imsemmija kif ukoll id-deċiżjoni tal-kumitat konġunt;
—
jordna lill-Awtorità tal-Ħatra tħallas lir-rikorrent somma simbolika ta' euro bħala danni;
—
jordna lill-Parlament Ewropew ibati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy