12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/49
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Diċembru 2007 — Van Arum vs Il-Parlament
(Kawża F-139/07)
(2008/C 92/99)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Rinse van Arum (Winksele, il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Ir-rikorrent jitlob, minn naħa, il-modifika tar-rapport tal-persunal fil-konfront tiegħu u, sussidjarjament, l-annullament tiegħu. B'mod iktar sussidjarju, huwa jitlob li jiġi ordnat li l-provi kollha li huma l-bażi ta' ċerti rimarki kkontestati li jinsabu fir-rapport tal-persunal tiegħu jiġu nnotifikati lilu u li tittieħed deċiżjoni dwar il-fatti u r-rapporti kkontestati. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrent jitlob li l-Awtorità tal-Ħatra tiġi kkundannata tħallas is-somma simbolika ta' EUR 1 għal danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
timmodifika r-rapport tal-persunal fil-konfront tiegħu;
—
sussidjarjament, tannulla r-rapport kompletament;
—
b'mod iktar sussidjarju, tordna li l-provi kollha li huma l-bażi ta' ċerti rimarki kkontestati li jinsabu fir-rapport tal-persunal tiegħu jiġu nnotifikati lir-rikorrent u li tittieħed deċiżjoni dwar ċerti fatti u r-rapporti kkontestati;
—
tikkundanna lill-Awtorità tal-Ħatra tħallas somma simbolika ta' EUR 1 għal danni;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy