12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/49
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 — Yannoussis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-143/07)
(2008/C 92/101)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Georgios Yannoussis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Pappas, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tal-21 ta' Diċembru 2006 li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-kariga vakanti ta' Kap tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-Greċja.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tal-21 ta' Diċembru 2006;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy