12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/50
Rikors imressaq fl-24 ta' Diċembru 2007 — Efstathopoulos vs Il-Parlament
(Kawża F-144/07)
(2008/C 92/102)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Spyridon Efstathopoulos (Chalandri, Il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis ut M. Michi avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2007, fil-partijiet tagħha relattivi għat-teħid in kunsiderazzjoni ta' “sussidju ta' produttività” fir-remunerazzjoni gross tar-rikorrent; għall-irkupru, diġà mwettaq, tas-somma ta' EUR 390 fuq il-pensjoni għall-irtirar tar-rikorrent; għall-obbligu ta' rkupru tas-somma ta' EUR 10 036,99 għall-perijodu bejn Marzu 2005 u Marzu 2007; għat-tnaqqis ta' kull xahar mill-pensjoni tar-rikorrent ta' ammont ta' EUR 600 għall-perijodu kollu li matulu huwa rċieva l-indennizz ikkontestat ta' EUR 670, jiġifieri bejn Marzu 2005 u Settembru 2007.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2007, PERS-B-AFF-SOCIAL D(2007) 22300 fil-partijiet tagħha relattivi għall-integrazzjoni tas-“sussidju ta' produttività” fid-dħul gross tar-rikorrent; għall-irkupru, diġà mwettaq, tas-somma ta' EUR 390 fuq il-pensjoni għall-irtirar tar-rikorrent; għall-obbligu ta' rkupru tas-somma ta' EUR 10 036,99 għall-perijodu bejn Marzu 2005 u Marzu 2007; u għat-tnaqqis ta' kull xahar mill-pensjoni tar-rikorrent ta' ammont ta' EUR 600 għall-perijodu kollu li matulu huwa rċieva l-indennizz ikkontestat ta' EUR 670, jiġifieri bejn Marzu 2005 u Settembru 2007;
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-14 ta' Settembru 2007 ta' l-Awtorità tal-Ħatra tal-Parlament Ewropew li ċaħdet l-ilment tad-9 ta' Mejju 2007, imressaq mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni tat-18 ta' April 2007;
—
tannulla kull deċiżjoni oħra relatata jew sussegwenti għal dawn id-deċiżjonijiet jew meħuda f'eżekuzzjoni tagħhom;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy