9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-3/07) (1)
(Fond ta’ Koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Proġetti ta’ infrastruttura ambjentali implementati fit-territorju ta’ Andalucía (Spanja) - Tneħħija parzjali tal-għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal xogħlijiet - Kriterji ta’ għoti - Reklamar - Eliġibbiltà tal-infiq - Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 - Proporzjonalità)
2013/C 325/32
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement minn A. Rubio González, abogados del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Steiblytė u L. Escobar Guerrero, aġenti, assistiti minn M. Canal Fontcuberta, avukat, sussegwentement minn A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5103, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija abbażi tal-Fond ta’ koeżjoni għal ħames proġetti ta’ infrastruttura ambjentali implementati fit-territorju tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalucía (Spanja).
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 2 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5103, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija abbażi tal-Fond ta’ koeżjoni għal ħames proġetti ta’ infrastruttura ambjentali implementati fit-territorju tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalucía (Spanja), huma annullati sa fejn dawn jinkludu ammont ta’ EUR 476 460 bħala korrezzjonijiet finanzjarji li jikkonċernaw il-proġetti bin-numri ta’ referenza 2000.ES.16.C.PE.004, 2000.ES.16.C.PE.025, 2000.ES.16.C.PE.066 u 2000.ES.16.C.PE.0138.
(2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 56, 10.03.2007.
Full & Egal Universal Law Academy