21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/44
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Torres vs UASI — Gala-Salvador Dalí (TG Torre Galatea)
(Kawża T-8/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva TG Torre Galatea - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TORRES 10 - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni’)
(2009/C 44/76)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, M. Baz de San Ceferino u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Fundación Gala-Salvador Dalí (Figueras, Spanja) (rappreżentanti: A. Segura Roda u M. Teixidor Jufresa, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta' Ottubru 2006 (Każ R 168/2006-2) dwar il-proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA, u Fundación Gala-Salvador Dalí.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy