29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Frucona Košice vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-11/07) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Rinunzja parzjali għal debitu fiskali fil-kuntest ta’ ftehim - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kriterju tal-kreditur privat f’ekonomija tas-suq)
2011/C 30/57
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: B. Hartnett, barrister, O. H. Geiss u A. Barger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u K. Walkerová, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: St. Nicolaus-trade a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: N. Smaho, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/254/KE, tas-7 ta’ Ġunju 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat C-25/05 (ex NN 21/05), mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Frucona Košice a.s. (ĠU L 112, p. 14).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Frucona Košice a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy