16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — L'Oréal vs UASI — Spa Monopole (SPALINE)
(Kawża T-21/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPALINE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA - Raġuni relattiva għal rifjut - Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni - Vantaġġ indebitament miksub mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Nuqqas ta’ raġuni korretta għall-użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)
2009/C 113/67
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Baud, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Cornu, L. De Brouwer, D. Moreau u E. De Gryse, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 415/2005-1) dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u L’Oreal SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L’Oreal SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 24.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy