20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/38
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ April 2009 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs UASI(α)
(Kawża T-23/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva α - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)
2009/C 141/78
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Borco-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG (Hambourg, Il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wolter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Kicia, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Novembru 2006 (Każ R 808/2006-4) li tikkonċerna r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv α bħala trade mark Komunitarja,
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Novembru 2006 (Każ R 808/2006-4) hija annullata.
2)
M’hemmx lok għal deċiżjoni dwar it-tieni kap ta’ talbiet ta’ BORCO-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG.
3)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 24.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy