21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/35
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Frar 2009 — Iride u Iride Energia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-25/07) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-enerġija - Kumpens għall-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Obbligu għall-impriża benefiċjarja li tirrimborsa minn qabel għajnuna preċedenti ddikjarata bħala illegali - Riżorsi tal-Istat - Vantaġġ - Obbligu ta' motivazzjoni’)
(2009/C 69/82)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Iride SpA (Turin, l-Italja); u Iride Energia SpA (Turin) (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola, C. Bazoli, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u G. Conte, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/941/KE, tat-8 ta' Novembru 2006, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istat C 11/06 (ex N 127/05) li r-Repubblika Taljana għandha l-intenzjoni timplementa favur AEM Torino (ĠU L 366, p. 62), permezz ta' sussidji intiżi li jirrimborżaw l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati fis-settur tal-enerġija, safejn din id-deċiżjoni, minn naħa, tipprovdi li din hija għajnuna mill-Istat u safejn, min-naħa l-oħra, tissuġġetta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni għall-kundizzjoni li AEM Torino tirrimborża l-għajnuna illegali preċedenti li ngħatat fil-kuntest ta' skema favur impriżi denominati “municipalizzate”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Iride SpA u Iride Energia SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69 24.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy