1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/44
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-33/07) (1)
(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Żejt taż-żebbuġa, qoton, passolina u frott taċ-ċitru - Nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ ħlas - Terminu ta’ 24 xahar - Evalwazzjoni tal-infiq li għandu jiġi eskluż - Kontrolli importanti - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Estrapolazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet”)
2009/C 180/81
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u G. Kanellopoulos, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe, F. Jimeno Fernández, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 355, p. 96), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna ċertu infiq magħmul mir-Repubblika Ellenika fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, tal-qoton, tal-passolina, tal-frott taċ-ċitru u tal-kontroll finanzjarju.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy