13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2010 — Goncharov vs UASI — DSB (DSBW)
(Kawża T-34/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja DSBW - Trade mark verbali Komunitarja preċedenti DSB - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 63/80
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Karen Goncharov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti): G. Hasselblatt u A. Spath, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Poch, sussegwentement B. Schmidt, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DSB (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: F. González Diáz u T. Graf, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 1330/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DSB u K. Goncharov.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
K. Goncharov huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy