7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' April 2008 — Leche Celta vs UASI — Celia (Celia)
(Kawża T-35/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Celia - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti CELTA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 142/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Leche Celta, SL (Puentedeume, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, T. Villate Consonni u M. Tañez Manglano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Celia SA (Craon, Franza) (rappreżentanti: D. Masson u F. de Castelnau, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tal-5 ta' Diċembru 2006 (Każ R 294/2006-4) relattiva għal proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Leche Celta, SL u Celia SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Leche Celta, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy