24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Settembru 2009 — El Morabit vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-37/07 u T-232/07) (1)
(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet - Rikors għal annullament”)
2009/C 256/42
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed El Morabit (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentant: U. Sarikaya, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan, G. Van Hegelsom u B. Driessen, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: C. Wissels u M. de Mol kif ukoll, fil-Kawża T-37/07, M. de Grave u, fil-Kawża T-323/07, Y. de Vries u M. Noort, aġenti); u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: fil-Kawża T-37/07, S. Boelaert u J. Aquilina u, fil-Kawża T-323/07, P. van Nuffel u S. Boelaert, aġenti)
Suġġett
L-annullament parzjali, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta’ Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58), u min-naħa l-oħra, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1008/KE, tal-21 ta’ Diċembru 2006, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 379, p. 123), sa fejn l-isem tar-rikorrent jidher fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Mohamed El Morabit huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tal-Kunsill.
(3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Renju tal-Olanda għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy